LEĠJUN TA' MARIJA
TALB TAL-BIDU
Fl-isem tal-Missier, u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu. Amen.

Ejja, Spirtu s-Santu, imla' l-qlub tal-fidili tiegħek u kebbes fihom in-nar ta' mħabbtek.

Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u jinħalqu.
U inti ġġedded wiċċ l-art.

Nitolbu

Alla Missierna, xerred id-doni ta' l-Ispirtu Qaddis tiegħek fuq id-dinja. Inti bgħatt l-Ispirtu fuq il-Knisja tiegħek biex tibda xxandar l-evanġelju:issa ħalli l-Ispirtu jkompli jaħdem fid-dinja permezz tal-qalb ta' dawk kollha li jemmnu. Bi Kristu Sidna. Amen.

Mulej, iftaħli xofftejja.
U fommi jxandar it-tifħir tiegħek.
O Alla, ejja eħlisni.
Mulej, fittex għinni.
Glorja lill-Missier, eċċ.
Kif kien mill-bidu, eċċ. Amen.

Imbagħad jingħadu ħames posti rużzarju bis-Sliem għalik, Sultana!

Itlob għalina, qaddisa Omm Alla.
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.

Nitolbu

O Alla li l-Iben il-Waħdieni tiegħek qalgħelna l-premju tal-ħajja ta' dejjem bil-hajja, il-mewt u l-qawmien tiegħu, agħtina nitolbuk, li aħna u niftakru f'dawn il-misteri fir-rużarju mqaddes tal-Verġni Mqaddsa Marija, nimxu fuq kulma fihom, u naqilgħu kulma jwiegħdu. Bi Kristu Sidna. Amen.

Qalb ta' Ġesu l-iżjed Qaddisa Ħenn għalina
Qalb bla tebgħa ta' Marija Itlob għalina
San Ġużepp Itlob għalina
San Ġwann l-Evanġelista Itlob għalina
San Lwiġi-Marija de Montfort Itlob għalina

Fl-isem tal-Missier, u ta' l-Iben u ta' l-Ispirtu s-Santu. Amen.

CATENA LEGIONIS
Antifona. Min hija dik li tielgħa bhaż-żerniq, sabiħa donnha l-qamar, tiddi bhax-xemx, tal-żbiza' bhal eżerctu lest għat-taqbida?
Ruħi    tfahhar il-kobor tal-Mulej,*
u I-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh fuq i ċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.*
Iva, minn issa 'l quddiem kull nisel isejjaħli hienja,


għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeg kbar; *
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena tiegħu tinfirex f'kull żmien* fuq dawk li jibżgħu minnu.

Hu wera l-qawwa ta' driegħu, *
xerred lil dawk li huma mkabbra f'qalbhom.
Niżżel is-setghana minn fuq it-tron tagħhom,*
u għolla ċc-ċckejknin.


Mela b'kull ġid lil min hu bil-ġuħ, *
u l-għonja bagħathom 'il barra b'xejn.
Ħa ħsieb Iżrael, qaddej tiegħu, *
għax ftakar fil-ħniena tiegħu,


bħalma wiegħed lil missirijietna,*
b'riżq Abraham u nislu ghal dejjem.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben,*
u lill-Ispirtu s-Santu.


Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, *
u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen.

Antifona. Min hija dik li tielgħa bhaż-żerniq, sabiħa donnha l-qamar, tiddi bhax-xemx, tal-żbiza' bhal eżerctu lest għat-taqbida?

O Marija, imnissla bla dnub.
Itlob għalina, liqed nirrikorru lejk.

Nitolbu
Mulej Ġesu Kristu, Medjatur tagħna quddiem il-Missier, li l-Verġni Mqaddsa Ommok, għoġbok tagħmilha Ommna wkoll u Medjatriċi tagħna quddiemek, agħtina, fil-ħniena tiegħek, li kull min jersaq għandek biex jitolbok il-grazzji, jithenna li jaqlagħhom kollha permezz tagħha. Amen.
TALB TA' L-AĦĦAR
Fl-isem tal-Missier. eċċ.

Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu, Omm Qaddisa ta' Alla; la twarrabx minn quddiemek it-talb li nagħmlulek fi ħtigijietna, u eħlisna dejjem minn kull tiġrib, O Verġni glorjuża u mbierka.

Marija Immakulata, Medjatriċi tal-grazzji kollha
(jew is-sejħa skond l-isem tal-praesidium)
Itlob għalina
San Mikiel u San Gabrijel Itlob għalina
Setghat tas-Sema, Legjun ta' I-Angli ta' Marija Itlob għalina
San Gwann Battista Itlob għalina
San Pietru u San Pawl Itlob għalina

Mulej, nissel fina,
li qegħdin inservu taħt l-istendard ta' Marija,
dik il-milja ta' fidi fik u ta' tama fiha,
li jistgħu jirbħu d-dinja.
Agħtina fidi ħajja, mixgħula bl-imħabba,
li biha nkunu nistgħu ntemmu l-għemil kollu tagħna

mħeġġin mill-imħabba safja lejk,
u nagħrfu u naqdu dejjem lilek fil-proxxmu tagħna;

fidi qawwija u sħiħa bħal blata,
li biha qalbna tkun dejjem kwieta u soda
qalb is-slaleb, it-tiġrib u t-twegħir tal-ħajja;

fidi qalbenija li ġġagħalna
nibdew u ntemmu mingħajr tixjir ta' biża'
hwejjeġ kbar għall-glorja tiegħek u għas-salvazzjoni ta' l-erwieħ;

fidi li tkun il-kolonna tan-nar tal-Leġjun tagħna,
li tmexxina 'l quddiem għalenija,
li tkebbes kullimkien in-nirien ta' l-imħabba ta' Alla,

li tagħti d-dawl lil dawk li jinsabu fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt,
li theġġeg lil dawk li huma berdin,
li terġa' taghti l-hajja lill-mejtin fid-dnub,
u li tmexxi l-passi tagħna fit-triq tal-paċi;
sabiex, wara t-taqtigħa ta' din il-ħajja,
il-Leġjun tagħna jista' jerġa' jingħaqad,
bla ħadd ma jintilef.
fis-Saltna ta' l-imħabba u tal-glorja tiegħek.
Amen.

jalla l-erwieħ tal-leġjunarji mejtin tagħna
u l-erwieħ tal-fidili kollha li għaddew minn
din il-ħajja
jaqilghu mill-ħniena ta' Alla l-mistrieħ ta' dejjem.
Amen

Fl-isem tal-Missier,eċċ.